Omar Farrugia, imwieled fl-1995, bħalissa jservi bħala l-iżgħar Membru Parlamentari, u jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura, u Xogħlijiet Pubbliċi.

Il-vjaġġ tiegħu fis-servizz pubbliku beda fl-2019 meta kien elett Sindku tal-Imqabba fl-età ta’ 24 sena. Bħala Sindku, b’għajnuna mill-gvern mexxa diversi inizjattivi ta’ rivitalizzazzjoni li jammontaw għal aktar minn 5 miljun ewro, notevolment it-trasformazzjoni tal-pjazza ewlenija tal-Imqabba.

Wara mandat ta’ suċċess bħala Sindku, Omar mexa għall-politika nazzjonali, u kiseb siġġu fil-Parlament fl-2022, elett mill-5 distrett.

Fl-2023, huwa assuma r-rwol ta’ Chairman ta’ Sport Malta, fejn wera l-impenn kontinwu tiegħu sabiex jippromwovi l-attività fiżika u l-isports fi ħdan il-komunità.

Omar Farrugia huwa gradwat b’degrees fil-Business and Management u kif ukoll fil-Project Management li jikkonfermaw id-dehen professjonali tiegħu sabiex imexxi inizjattivi ta’ impatt għat- titjib tas-soċjetà.