MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR
Il-Ministeru huwa responsabbli għas-setturi tax-xogħlijiet pubbliċi, kostruzzjoni, l-ippjanar u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Liema setturi huma importanti biex itejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna. Il-Ministeru jieħu taħt idejh proġetti li huma sostenibbli u innovattivi biex ikun l-eżempju tal-aħjar prattiċi fis-settur. Naspiraw ukoll li ntejbu l-istandards fis-settur tal-kostruzzjoni filwaqt li nippromowvu pjanar ħolistiku.
Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar iwettaq proġetti biex jitjieb l-ambjent għall-benesseri tal-pubbliku, fuq il-livell tal-komunità lokali, filwaqt li jimpenja ruħu fl-ippjanar, id-disinn, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti kapitali maġġuri, azzjonijiet u miżuri fuq skala reġjonali jew nazzjonali, biex jiġu indirizzati l-isfidi kurrenti u dawk emerġenti ta’ tibdil fil-klima u l-miri ta’ żvilupp sostenibbli.