Il-Ministeru huwa responsabbli għas-setturi tax-xogħlijiet pubbliċi, Il-kostruzzjoni, l-ippjanar u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Liema setturi huma importanti biex itejbu
l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna. Il-Ministeru jieħu taħt idejh proġetti li huma sostenibbli u innovattivi biex ikun l-eżempju tal-aħjar prattiċi fis-settur. Naspiraw ukoll li ntejbu
l-istandards fis-settur tal-kostruzzjoni filwaqt li nippromwovu pjanar ħolistiku.

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u
l-Ippjanar iwettaq proġetti biex jitjieb l-ambjent għall-benesseri tal-pubbliku, fuq il-livell
tal-komunità lokali, filwaqt li jimpenja ruħu fl-ippjanar, id-disinn, il-koordinazzjoni u
l-implimentazzjoni ta’ proġetti kapitali maġġuri, azzjonijiet u miżuri fuq skala reġjonali jew nazzjonali, biex jiġu indirizzati l-isfidi kurrenti u dawk emerġenti ta’ tibdil fil-klima u l-miri ta’ żvilupp sostenibbli.

L-Awtorità tal-Ippjanar taħdem għan-nom tal-komunità biex tipprovdi ambjent ibbilanċjat u sostenibbli. L-Awtorità taħdem biex tipprovdi kwalità ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadini permezz ta’ servizzi ta’ pjanar trasparenti u ġusti.

Il-ħaddiema u min iħaddem għandhom ikunu konxji tal-importanza ta’ miżuri preventivi ta’ saħħa u sigurtà, u għandhom ikollhom l-għarfien, il-kompetenza u l-impenn li jaraw li dawn
il-miżuri jidħlu fis-seħħ fuq il-post tax-xogħol. L-OHSA taħdem ma’ dawn
l-organizzazzjonijiet, sabiex flimkien tassigura għal saħħa u sigurtà f’kull opportunità li tinqala’.

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni hija responsabbli biex tissalvagwardja partijiet terzi u prattiċi tax-xogħol siguri. Dan isir biex ikun assigurat li l-aspetti ewlenin tal-bini jiġu żviluppati b’mod effettiv u jsegwu regolamenti aġġornati applikati f’ambjent ikkontrollat.
Il-BCA hija wkoll responsabbli biex tassigura bini aktar effiċjenti fl-enerġija permezz ta’ ċertifikazzjoni adegwata.

L-għan ġenerali tad-Diviżjoni tal-Istrateġija u s-Sapport huwa li jipprovdi servizzi ta’ appoġġ strateġiku u amministrattiv lid-diversi Dipartimenti u Direttorati li jaqgħu taħt il-portafoll
tal-Ministeru, bil-għan li jiġu żgurati servizzi effettivi, effiċjenti u ta’ kwalità li jappoġġjaw
il-missjoni tal-Ministeru. Filwaqt li tiżgura tħejjija preċiża tal-informazzjoni dwar il-ġestjoni, id-Diviżjoni tikkoordina l-kompilazzjoni ta’ Pjanijiet Finanzjarji u tan-Negozju u l-Pjanijiet
tar-Riżorsi Umani li jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-forniment ta’ funzjonijiet amministrattivi, u fl-istess ħin tikseb prospetti aktar strateġiċi għall-funzjonijiet tal-ġestjoni tal-finanzi u
l-persuni, filwaqt li ttejjeb l-istrutturi interni t’assigurazzjoni.

Id-Direttorat ta’ Implimentazzjoni tal-Politika u l-Iżvilupp tal-Politika għandu numru ta’ funzjonijiet fil-Ministeru. Id-Direttorat jamministra l-parteċipazzjoni tal-Ministeru fil-laqgħat tal-Unjoni Ewropea, tikkoordina l-kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea relatati mal-mandat
tal-Ministeru u dwar l-entitajiet fil-portafoll tal-Ministeru, ma’ awtoritajiet u Ministeri oħra kif ukoll mar-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u l-Ministeru
għall-Affarijiet Ewropej. Id-Direttorat jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politiki approvati
tal-Ministeru.

Skip to content